Centinarju tal-Parrocca

Tifkira ta’ meta l-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska saret  Vici-Parrocca u tat-Tqeghid ta’ l-Ewwel Gebla ta’ l-istess Knisja.

 

Ic-Celebrazzjonijiet li jfakkru l-ewwel mitt sena mit-twaqqif tal-Parrocca f’Paola, tkomplew nhar il-Gimgha, 27 ta’ Awwissu billi l-Kumitat Organizzattiv fakkar meta bid-digriet ta’ l-Isqof Pietru Pace tad-29 ta’ Awwissu 1905, Rahal Gdid sar Vici-Parrocca tal-Parrocca ta’ Hal Tarxien.     Fl-istess attivita’ tfakkar ukoll it-Tqeghid ta’ l-Ewwel Gebla tal-knisja ta’ Santa Ubaldeska mill-Granmastru Fra Antoine de Paule, nhar  il-25 ta’ Awwissu 1630.  Bla dubju ta’ xejn dawn huma zewg dati mportanti fl-istorja u fl-izvilupp tal-Hajja socjali tal-Komunita’ Parrokkjali f’Paola.

 

L-attivita’ ta’ nhar il-Gimgha, 27 ta’ Awwissu bdiet b’Quddiesa Koncelebrata ta’ Radd il-Hajr fil-Knisja ta’ Santa Ubaldeska  fis-6.00 ta’ filghaxija.    Wara  l-quddiesa, fis-7.30, kien hemm Kuncert Korali mill-JOY GOSPEL SINGERS.     Matul l-istess programm, li gie pprezentat minn Joyce Guillaumier, Manwel Cassar intervistaw lilll-Kan. Dun Mario Agius u lil Lawrence Mizzi, li taw l-esperjenzi vasti taghhom dwar l-izvilupp u l-hajja tal-parrocca fl-imghoddi.   

 

Intwera wkoll Dokumentarju dwar l-istorja tal-Parrocca li thejja apposta biex jibqa’ bhala tifkira tal-okkazjoni tac-Centinarju.

 

 

 

Recent Blog Entries

No recent entries