Centinarju tal-Parrocca

Il-Festa ta` Sant`Ubaldeska

Bhala wahda mill-attivitajiet li qed jigu organnizati ghac-centinarju tal-Parrocca f`Rahal Gdid , il-Gimgha  28 ta` Mejju , il-Festa ta` Sant`Ubaldeska , saret Purcissjoni u Quddiesa fil-Knisja ta` Sant`Ubaldeska.

Il-Purcissjoni telqet mill-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re, b`Purcissjoni bir-relkwa ta` Sant`Ubaldeska bis-sehem tal-Kavallieri ta` l-Ordni Militari Sovran ta` Malta  (S.M.O.M.)  Il-Purcissjoni waslet sal-Knisja ta` Sant`Ubaldeska fejn saret Quddiesa mill-Kappillan ta` l-S.M.O.M. bis-sehem sabih tal-University Juniour College Orchestra. Din kienet attivita` Storika .... ghal hafna snin din il-Knisja ma kienitx tintuza.

Wara l-Quddiesa ikkoncelebrata, il-Purcissjoni bir-relikwa tal-Qaddisa marret lura fil-Knisja Parrokjali.

 

Recent Blog Entries

No recent entries